REPORTER jiddiskuti l-iskandlu fil-bini ta' Mater Dei

Kolonni magħmula b'konkrit dgħajjef

L-iskandlu fil-bini ta' Mater Dei f'Reporter
L-iskandlu fil-bini ta' Mater Dei f'Reporter

Wara li f'Settembru li għadda ġie żvelat li ma jistgħax isir bini addizzjonali fuq id-dipartiment tal-emerġenza sabiex titaffa' l-problema tan-nuqqas ta' sodod, il-gvern ikkummissjona studju mill-kumpanijja ARUP sabiex ikun determinat is-saħħa tal-bini.

L-istudju tal-ARUP jgħid li l-kolonni tal-emerġenza huma ta' livell 18mpa meta suppost dawn huma ta' 30mpa. ARUP jgħidu wkoll li l-bini fejn hemm is-swali tal-pazjenti huma ta' livell 23mpa u li għalkemm huma aħjar minn tal-emerġenza, xorta huma anqas mill-livell mistenni.

REPORTER, jiddiskuti u janalizza s-sitwazzjoni tal-isptar Mater Dei, nhar it-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm.

More in Politika