Diversi faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw mill-Maltin fl-Universita l-ġdida

Madwar 4,000 student li ħafna minnhom ikunu studenti barranin

B'Investiment ta’ €115 miljun f’Università ġdida f’Wied il-Għajn il-post ser jibbenifika minn investiment barrani li ha jikkontribwixxi ukoll għal add ta’ faċilitajiet sportivi li minnhom jistgħu jgawdu wkoll ir-residenti hekk kif l-American University of Malta hija l-Università ġdida li se tkun qed tinbena f’Wied il-Għajn b’investiment ta’ aktar minn €115 il-miljun.

Dan l-investiment ser iwassal biex in-negozji kummerċjali jerġgħu jieħdu r-ruh hekk kif il-kummerċ f’Wied il-Għajn qatgħa ferm lura minn mindu għalqet il-lukanda Jerma.

Kien propju nhar il-ġimgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar investiment ġdid waqt attivita politika biex jitfakkar Jum il-Ħaddiem fiż-Żejtun. Fid-dikors tiegħu Muscat qal li 'Malta tagħna lkoll' tfisser li kull parti tal-pajjiż jieħu sehmu waqt li ħabbar proġett edukattiv kbir minn investituri barranin u park nazzjonali naturali għall-familji.

Għalkemm il-Prim Ministru qal biss li l-proġetti se jkunu fin-nofsinhar ta’ Malta, kien il-Ministru Owen Bonnici li fi tweet ilbieraħ qal li Wied il-Għajn għandu bżonn din l-università sabiex terġa titqajjem l-ekonomija tan-Nofsinhar speċjalment wara l-għeluq tal-lukanda Jerma.

Fost il-faċilitajiet ġodda hemm ippjanati grawnd tal-futbol li ilu mwiegħed għal ħafna żmien lin-nies ta’ Wied il-Għajn, kif ukoll ser issir riġenerazzjoni tal-pixxina ta’ Marsascala. Hemm ukoll possibilta’ ta’ librerija state-of-the-art. Dawn il-faċilitajiet kollha ser ikunu jistgħu jintużaw kemm mill-istudenti tal-Universita l-ġdida kif ukoll mill-Maltin.

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika