Żewġ proġetti kbar għan-naħa t'isfel ta' Malta

'Malta tagħna lkoll' tfisser li kull parti tal-pajjiż jieħu sehmu – Joseph Muscat

'Malta tagħna lkoll' tfisser li kull parti tal-pajjiż jieħu sehmu – Joseph Muscat
'Malta tagħna lkoll' tfisser li kull parti tal-pajjiż jieħu sehmu – Joseph Muscat

F'diskors li għamel dalgħodu fiż-Żejtun, Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li 'Malta tagħna lkoll' tfisser li kull parti tal-pajjiż jieħu sehmu waqt li ħabbar proġett edukattiv kbir minn investituri barranin u park nazzjonali naturali għall-familji.

Muscat qal li l-ħarsa tal-gvern issa se tintefa' fuq in-naħa ta' isfel tal-pajjiż, fejn se jinbena sptar fi Smart City. Semma wkoll l-għeluq tal-power station tal-Marsa u l-ħidma biex isseħħ il-qalba tal-power station ta' Marsaxlokk għall-gass.

Il-Prim Ministru saħaq fuq il-bżonn li n-naħa ta' isfel jinħoloq ix-xogħol fiha. “In-naħa ta' isfel ma tistax titħalla lura mit-tkabbir ekonomiku u ma jistax ikun li l-uniku żvilupp li jsir fiha jkun żvilupp li jniġġes. Irridu nkunu Gvern li jara li meta jsir investiment sostenibbli li joħloq ix-xogħol u li ma jweġġax l-ambjent, dan ikun għan-naħa ta' isfel ukoll.”

Muscat tkellem fit-tul dwar ix-xogħol u qal li llum dan huwa l-moviment mhuwiex biss tal-ħaddiema imma wkoll ta' min iħaddem u ta' kull min jara l-ottimiżmu f'dan il-pajjiż. “Minn ekonomija li kienet qed tistagħġna u ma toħloqx xogħol biżżejjed sentejn ilu, issa qed jerġa' jkun hawn il-ħolqien tax-xogħol li pajjiżna jixraqlu u llum, wara 24 xahar biss, qed naraw l-ewwel riżultati.”

Sostna li l-Gvern irnexxielu jniżżel ir-rata tal-qgħad xahar wara l-ieħor għall-inqas rata fl-istorja. “Erbgħa minn kull ħames impjiegi ġodda qed jinħolqu fis-settur privat, filwaqt li dawk li l-impjiegi li qed jinġolqu fis-settur pubbliku huma fl-edukazzjoni, fis-saħħa u servizzi essenzjali oħra.”

Il-Prim Ministru kompla jgħid li l-miżuri li qed jieħu l-Gvern qed jistimulaw l-ekonomija u jagħtu enerġija ġdida. 

More in Politika