Ma felħux jikkontrollaw lilhom infushom – Birdlife

Il-kaċċa illegali bdiet mal-ftuħ tal-istaġun – Mark Sultana

Il-BirdLife Malta qalet li l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa kien riżultat tan-nuqqas tal-kapaċità tal-kaċċaturi milli jobdu l-liġi.

Il-kelliem għal BirdLife Malta, Mark Sultana qal f’konferenza tal-aħbarijiet, li minkejja li r-riżultat tar-referendum kellu oppożizzjoni qawwija għall-kaċċa u minkejja t-twissijiet tal-Prim Ministru, ħafna mill-kaċċaturi sempliċiment ma’ felħux jikkontrollaw lilhom infushom.

Sultana semma kif matul dan l-istaġun kienu rrappurtati bosta illegalitajiet li komplew jeskalaw aktar m’għadda ż-żmien. Il-kelliem temm jghid li l-kaċċa illegali bdiet mal-ftuħ tal-istaġun u laħqet il-qofol b’adolexxent jintlaqat b’tir f’Pembroke u bil każ tat-Tnejn fil-Birgu.

 

More in Politika