Wara ġimgħa fl-aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said għada se jkun f’REPORTER fejn flimkien mal-Ministru għall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, se jiddiskutu l-aħħar erba t’ijiem tal-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Il-programm ppreżentat minn Saviour Balzan se jiddiskuti jekk l-interess prinċipali f’dawn l-elezzjonijiet għandux ikun il-partit jew il-lokalita. Jistaqsi wkoll jekk hux qed jintlaħqu l-aspettativi tar-residenti kif ukoll x’inhuma x-xogħolijiet li qed jitwetqu u l-importanza tar-riżultat aħħari għall-partiti rispettivi.
Fil-programm se jkun hemm ukoll interventi miċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola.
REPORTER jixxandar għada fl-21.45pm fuq TVM