L-irwol tal-President m’għandux ikun biss ċerimonjali

L-ewwel anniversarju minn meta Marie Louise Coleiro Preca ħadet il-Presidenza ta’ Malta f’idejha

L-ewwel anniversarju minn meta Marie Louise Coleiro Preca ħadet il-Presidenza ta’ Malta f’idejha
L-ewwel anniversarju minn meta Marie Louise Coleiro Preca ħadet il-Presidenza ta’ Malta f’idejha

“L-irwol tal-President m’għandux ikun biss ċerimonjali, iżda rwol li bih  nista nkompli nkun viċin il-poplu Malti kollu.” Il-President qalet dan il-kliem fl-okkażjoni ta’ l-ewwel anniversarju minn mindu bdiet tokkupa l-għola kariga fil-pajjiż.

Il-President qalet ukoll li wasal iż-żmien għal bidla fl-amministrazzjoni tal-ġudikatura u li trid tinbidel il-kostituzzjoni fejn tirreferi għar-rwol tal-President. “Il-proċess ta’ bidla għadu ma bdiex għalkemm hu fatt magħruf li din ir-riforma hi meħtieġa għall-pajjiż aktar modern.”

Mistoqsija tikkummenta dwar l-ewwel sena, il-President qalet li hi tqis li kienet sena ta’ ħidma f’oqsma differenti tas-soċjetà. “Iltqgħajt ma’ nies fil-bżonn u għint mill-aħjar li stajt sabiex nindirrizzaw il-bżonnijet li dawn in-nies kellhom. Il-ħafna li għamilna hu ftit ħdejn dak li għad hemm bżonn.”

More in Politika