Actavis tiffranka tliet kwarti ta’ miljun ewro fis-sena

Dan ir-roħs se jagħmel l-industrija Maltija aktar kompetittiva – Konrad Mizzi

Dan ir-roħs se jagħmel l-industrija Maltija aktar kompetittiva – Konrad Mizzi
Dan ir-roħs se jagħmel l-industrija Maltija aktar kompetittiva – Konrad Mizzi

Mil-lum 31 ta’ Marzu, il-kontijiet tad-dawl għan-negozji se jkunu qed jorħsu b’25% filwaqt li dawk tal-ilma se jkunu qed jorħsu b’5%.

Waqt żjara lill-kumpanija Actavis il-Ministru Konrad Mizzi qal li t-twettiq ta’ din il-wegħda huwa importanti peress li l-industrija tista’ tinvesti dan ir-roħs fl-operat tagħha u fir-riżorsi umani. Dan ir-roħs se jagħmel l-industrija Maltija aktar kompetittiva.

Ir-roħs tat-tariffi tad-dawl u tal-ilma għan-negozji se jfisser li l-industrija u n-negozji se jiffrankaw b’€50 miljun li flimkien mar-roħs li sar is-sena li għaddiet għall-familji jfisser li l-Gvern se jkun qed iħalli €80 miljun fl-ekonomija.

Id-Direttur Maniġerjali tal-Actavis f’Malta Patrick Cachia, filwaqt li rringrazzja lill-Ministru għal din iż-żjara, tenna li l-kumpanija se tkun qed tiffranka mas-€750,000 fis-sena permezz ta’ dan ir-roħs. Dan huwa messaġġ importanti ta’ sostenn li qed jagħti l-Gvern lil Actavis f’Malta u permezz ta’ dan ir-roħs sostanzjali fl-ispejjeż tagħha, il-kumpanija se tkun iktar kompetittiva fis suq globali u għalhekk se tkun tista’ tkompli tinvesti fil-ħaddiema u fl-operat tagħha.

Huwa semma l-investiment li għamlet din il-kumpanija fil-bini ta’ warehouse ġdida mgħammra bl-aktar teknoloġija moderna li nfetħet f’Ġunju li għadda. Id-Direttur Maniġerjali saħaq li għalkemm il-kumpanija se tibbenefika minn dan ir-roħs hija xorta waħda ser tkompli tibqa’ tinvesti f’enerġija alternattiva u tinvesti f’proġetti biex ittejjeb l-użu effiċjenti tal-enerġija li anke tieħu ħsieb l-ambjent ta’ pajjiżna. 

Il-Kumpanija Actavis f’Malta twaqqfet fl-1976, tħaddem 750 ruħ u tipproduċi madwar 4 biljun pillola fis-sena li jiġu esportati lejn is-swieq tal-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Kanada fost pajjiżi oħra.

 

More in Politika