Qed tibda tintrebaħ il-ġlieda kontra d-dejn nazzjonali

Fi Frar id-dħul tal-Gvern kien €38 miljun akbar mill-ħruġ tiegħu

Fix-xahar ta’ Frar, id-dħul tal-Gvern kien €38 miljun akbar mill-ħruġ tiegħu. Dan ħareġ fi stqarrija maħruġa mill-gvern aktar kmieni. Il-Gvern qal li dan kien il-ħames xahar konsekuttiv li figuri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika indikaw li kien hemm surplus fil-Fond Konsolidat. Dan ifisser li, għal ħames xhur konsekuttivi, il-Gvern kien f’pożizzjoni li jnaqqas id-dejn nazzjonali għall-ewwel darba fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna.
 
 
Il-gvern qal li l-bilanċ pożittiv bejn dħul u ħruġ fl-ewwel xahrejn tal-2015, ta’ kważi €50 miljun, seħħ minkejja li l-ispiża kapitali żdiedet bi kważi €9.5 miljun, jew 39% aktar mill-istess perjodu sena ilu. Fl-istess ħin, l-ispiża rikurrenti żdiedet b’0.4% biss.
 
 

More in Politika