Tagħlim għall-anzjani dwar żrigħ ta’ siġar u pjanti

Kultura favur il-pjanti u s-siġar fost l-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum

Kultura favur il-pjanti u s-siġar fost l-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum
Kultura favur il-pjanti u s-siġar fost l-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum

Aktar kmieni llum, il-Ministru Leo Brincat żar iċ-ċentru ta’ matul il-jum għall-anzjani fiż-Żejtun flimkien mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, għall-attività ta’ taħriġ u tagħlim dwar iż-żrigħ ta’ siġar u pjanti organizzata għalihom mid-Direttorat tal-Parks fi ħdan il-Ministeru tal-Ambjent.
  
Il-Ministru Brincat qal li kemm hu u kemm is-Segretarju Parlamentari, Justyne Caruana setgħu jaraw b’għajnejhom kif il-kuxjenza dwar is-siġar u l-pjanti hija qawwija fost in-nies tat-terza età daqs kemm hi fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa li għandha l-vantaġġ ta’ għalliema speċjalizzati sa minn ċkunita grazzi għall-avvanzi favur l-edukazzjoni ambjentali li t-tfal u żgħażagħ tal-lum qegħdin igawdu minnhom.
 
Il-Ministru ħeġġeġ lid-Dipartiment tal-Parks għal aktar bilanċ f’dawn l-inizjattivi ħalli jkomplu jippromwovu dejjem aktar l-apprezzament u l-kultura favur il-pjanti u s-siġar fost l-anzjani fiċ-ċentri ta’ matul il-jum tagħhom.
 
Minn naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana semmiet li dawn it-tipi ta’ sessjonijiet huma parti minn programm li ġie mfassal għaċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani meta f’Ottubru li għadda l-Gvern beda joħloq Lifelong Learning Hubs għall-anzjani. Dan sar permezz tat-taqsima anzjanità attiva li nediet din l-amministrazzjoni.
 

 

More in Politika