M’għamilt xejn ħażin – Konrad Mizzi

“Nerġa’ nagħmel l-istess”

“M’għamilt xejn ħażin.” Hekk qal il-Ministru Konrad Mizzi dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja. Mizzi qal li hu minn naħa tiegħu ta biss direzzjoni biex il-kumbanija Socar tkun inkluża fil-lista ta’ kunsiderazzjoni mill-Enemalta għall-kuntratti tal-hedging. Qal ukoll illi kieku jerġa jkun fl-istess sitwazzjoni jagħmel l-istess.

Dwar-rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, Mizzi qal li meta kien infurmat mill-Enemalta li se jiżdiedu l-prezzijiet, il-Ministeru ried isib soluzzjoni u għalhekk issuġġerixxa li jinkludu lis-Socar Trading fil-kunsiderazzjonijiet għall-hedging. 

More in Politika