Gordon Pisani gideb taħt ġurament – JPO

Pisani akkumpanja lil JPO għand Daphne Caruana Galizia

Gordon Pisani
Gordon Pisani
Pisani akkumpanja lil JPO għand Daphne Caruana Galizia
Pisani akkumpanja lil JPO għand Daphne Caruana Galizia

“Gordon Pisani gideb taħt ġurament.” Dan qalu Jeffrey Pullicino Orlando fi stqarrija dalgħodu. Pullicino Orlando qal li meta lbieraħ kien qed jixhed, Gordon Pisani gideb taħt ġurament meta fix-xhieda tiegħu qal li hu, Pullicino Orlando, talab lil Daphne Caruana Galizia biex tiktiblu artiklu qabel l-elezzjoni tal-2008.

Pullicino Orlando qal li hu, dak iż-żmien, ma kienx jaf lil Caruana Galizia u li hu nnifsu kien kapaċi jikteb artklu hu stess. Żied jgħid li xorta ntbgħat għand Caruana Galizia u li kien akkumpanjat minn Gordon Pisani u minn Richard Cachia Caruana li nsista miegħu biex iħalli l-artiklu f’idejha peress li hi kienet tikteb l-artikli kollha relatati ma’ l-elezzjoni għall-partit nazzjonalista.

More in Politika