Simon Busuttil qiegħed biss ikejjel b’xibru – PL

Qed ikompli jitlef aktar kredibilita - PL

Qed ikompli jitlef aktar kredibilita - PL
Qed ikompli jitlef aktar kredibilita - PL

Il-Partit Laburista qal fi stqarrija li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li ħadd m’għadu jemmen. “Tilef il-kredibilita qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u, kull ma jmur, qed ikompli jitlef aktar kredibilita. L-allegazzjonijiet ta’ Simon Busuttil dwar il-każ tal-Cafe Premier huma totalment ivvintati għal skopijiet partiġjani. Ir-realta hija li ma saret ebda laqgħa qabel l-elezzjoni ġenerali dwar il-propjeta tal-Cafe Premier.”

Il-Partit Laburista semma kif il-pulizija investigat dan il-kaz u ma sabet ebda aġir illegali. L-Awditur Ġenerali, li kellu aċċess għal kull dokument dwar il-każ, wkoll ma sab ebda aġir illeċitu. “Anzi jgħid li l-valur tal-propjeta kien jirrifletti l-valur fis-suq.Il-Partit Laburista fil-Gvern ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet biex jiġbor lura miljun ewro mis-sidien li kienu tħallew pendenti mill-amministrazzjoni preċedenti u biex sit ewlieni jerġa jirritorna għand il-Gvern biex jintuża għal skopijiet pubbliċi u produttivi. Bl-allegazzjonijiet infodanti tiegħu dwar il-Partit Laburista fil-Gvern, Simon Busuttil m’huwa qed jagħmel xejn ħlief ikejjel b’xibru.”

 

More in Politika