Ċentru għall-anzjanità attiva fix-Xewkija

Wieħed minn tlieta li se jibdew joperaw f' Għawdex

Ċentru fis-sala tas-Soċjetà Filarmonika Prekursur
Ċentru fis-sala tas-Soċjetà Filarmonika Prekursur

Iffirmat ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija u s-Soċjetà Filarmonika Prekursur tax-Xewkija biex jibda jopera ċentru għall-anzjanità attiva fis-sala prinċipali tal-bini tas-Soċjetà.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li dan iċ-ċentru huwa wieħed minn tlieta li se jibdew joperaw f' Għawdex u ser ikollu programm varjat kif propju hemm f’ċentri oħra f’Malta fejn is-Segretarjat nieda sezzjonijiet ta’ lifelong learning. Hija qalet li dan huwa parti mix-xogħol biex il-Gvern iżid is-servizzi għall-anzjani fuq skala nazzjonali u fissret kif dan sar wara li inħarġet sejħa biex Kunsilli Lokali jikkolaboraw mas-Segretarjat biex jipprovdu servizzi għall-anzjani fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari semmiet ukoll il-proġett tan-Night Shelter li qed isir bi ftehim mal-Knisja. Justyne Caruana żaret ukoll il-post biex issegwi x-xogħlijiet li għaddejjin.

More in Politika