Gonzi jkompli jixhed quddiem tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi

Qed jixhed għat-tielet darba

Qed jixhed għat-tielet darba
Qed jixhed għat-tielet darba


L-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi dalgħodu qed ikompli jixhed quddiem tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi fejn bħalissa qed iwieġeb għal għadd ta’ mistoqsijiet li qed isirulu.

Gonzi nsista li kien qed jiġi msejjaħ jixhed għat-tielet darba u kompla jisħaq li hu kien irrifjuta li jiltaqa’ ma’ George Farrugia. Qal lil kumitat li hu qed jiġi mistoqsi l-isess mistoqsijiet filwaqt li mhux qed tingħata mportanza lil email li fiha kien irrifjuta li  jiltaqa’ ma’ George Farrugia.

L-eks Prim Ministru qal li f’erba’ ġimgħat taħt it-tmexxija tiegħu kienu tressqu l-Qorti seba’ persuni b’riżultat tal-proklama filwaqt li f’sentejn mill-bidla fil-gvern ma ttella’ ħadd iżjed. Qal ukoll li mhux talli ma’ tressaq ħadd iżjed, talli t-tim investigattiv kollu ġie żarmat fi żmien xahrejn tal-Gvern ġdid.

Gonzi qal li l-Kumitat tal-Parlament mhux qed jimxi mar-Regoli tal-Kodiċi tal-Proċeduri Ċivili filwaqt li nsista li hu qiegħed hemm biss biex iwieġeb għall-mistoqsijiet li jsirulu u m’għandu ebda intenzjoni oħra.

Dwar l-operat tal-Ministru Austin Gatt, Gonzi qal li Gatt għamel id-doveri tiegħu u li mexa skont l-istruzzjonijiet li taħ hu.

Mitlub jikkummenta dwar il-fatt li l-Ministru Tonio Fenech ma kienx preżenti għal-laqgħa li matulha ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-proklama u jekk dan kienx għaliex kienu qed ikellmuh il-pulizija, Gonzi qal li din hija premessa żbaljata u invenzjoni.

Ix-xhieda ta' Lawrence Gonzi intemmet fis-2pm filwaqt li l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi se jerġa' jiltaqa' nhar it-Tnejn 9 ta' Marzu.

Downloadable Files
Downloadable Files

More in Politika