“Il-burokrazija u nuqqas ta’ flessibilità ragjonevoli huma ostkolu ieħor għas-settur agrikolu lokali, li ħafna drabi, l-isfidi tiegħu jiġu injorati”
Dan qalitu l-MEP Therese Comodini Cachia matul laqgħat li kellha f’Għawdex ma’ għadd ta’ raħħala u proċessuri tal-ikel Għawdxin.
Is-settur lokali agrikolu jinsab f’fażi ta’ tranżizzjoni wara li din is-sena ntemm is-sapport finanzjarju maqbul mill-UE ta’ madwar miljun Ewro f’assistenza diretta lill-bdiewa, sabiex jipprovdi sapport fit-titjib tal-livell tal-prodott lokali u l-ftuħ għall-kompetizzjoni internazzjonali.
L-MEP Maltija saqsiet kemm fil-verità intlaħaq l-iskop intiż mis-settur illum, għaxar snin wara sħubija. Kompliet tistaqsi xi prijorità qed tingħata fi stadju sensittiv ta’ negozjati li għaddejjin bħalissa fuq skema ta’ sapport dirett sabiex jigi assenjat matul il-perjodu finanzjarju preżenti.
Comodini Cachia write ukoll it-tħassib tagħha fuq kwistjoni kurrenti li tirrigwardja t-ttikkettar tal-prodotti, fejn meta tintalab estenzjoni minn dawk involuti, tidher li qed taqa’ fuq widnejn torox.
“Ma nistax nifhem kif dak mitlub huwa permess li jsir fl-Irlanda, fost pajjiżi oħra membri, iżda mhux Malta” saħqet Comodini Cachia; “aktar u aktar meta nafu li hemm €3 miljun fi spejjeż ta’ ippakkeggjar f’riskju li jiġu mormija,” żiedet tgħid.
Matul id-diskussjonijiet, l-MEP Maltija irreferiet għal investigazzjoni li qed issir bħalissa wara mistoqsija li għamlet lill-Kummissjoni Ewropea. Dan sar wara rapporti li tqajmu fil-midja lokali fuq użu potenzjalment ħażin ta’ demel likwidu fuq art agrikola Maltija. Ta’ tħassib prinċipali huwa r-riskju kkaġunat minn hekk, speċjalment fejn tidħol saħħa pubblika u ambjent, fattur li jista’ jikkawża tfixkil għall-promozzjoni ta’ prattiċi tajbin fil-biedja lokali.
“Din hija kwistjoni serja għax tikkonċerna s-saħħa tagħna l-konsumaturi. F’dan il-kuntest, li taħsel l-ucuħ tar-raba’ li tixtri, mhux necessarjament tkun qed telimina ir-riskji” temmet tgħid Therese Comodini Cachia.
F’każ li ċerta rziezet ma jkunux konformi ma’ dak provdut fil-Programm t’ Azzjoni Nazzjonali għall-Agrikoltura, l-awtoritajiet Maltin ikunu responsabbli li jinfurzaw il-liġi, xi ħaġa li issa hija suġġetta għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea.