(ISIMGĦU) Ir-recordings tal-pulizija juru li l-kummissarju qal lil Farrugia li kienu warning shots

Il-Malta Today b'mod esklussiv ħarġet ir-recording tal-pulizija tat-telefonata li saret bejn il-Kummissarju, Sheehan u Kurt Farrugia

Ir-recording sħiħ u mingħajr tbagħbis tal-konvetsazzjoni ta' dak li ġara fil-lejl tal-isparatura ta' Sheehan juri li l-aġent Kummissarju tal-pulizija Ray Zammit qal lill-kelliem tal-prim ministru Kurt Farrugia li ġew sparati tiri bħala 'warning shots'

Din il-konversazzjoni saret fil-lejl tal-Erbgħa 19 ta' Novembru meta Farrugia kien f'kuntatt telefoniku ma' Ray Zammit. Fl-istess waqt il-kummissarju kien fuq il-linja ma' Paul Sheehan. Zammit beda jistaqsi u Sheehan iwieġeb, filwaqt li Ray Zammit beda jgħaddi r-risposti lil Kurt Farrugia. 

https://soundcloud.com/maltatoday/paul-sheenan-recording

Din hi d-diskursata kollha kif kienet pubblikata fil-Malta Today

PC533 [Paul Sheehan]: Hello

Control Room: Hello Sheehan?

PC533: Iva

Control Room: Is-surġenta mill-control room ħa ngħaddik mal-Kummissarju żomm il-linja please.

PC533: OK

….

PC533: Hello

….

PC533: Hello

PC533: Hello Hello  Hello

Control room: Żomm il-linja

PC533: OK

COP [Ray Zammit]: żomm daqsxejn il-linja Kurt. Aw Sheehan.

PC533: Għidli sir.

COP: Il-Kummissarju. Isma tista’ tgħidli eżatti fejn inti kont ipparkjat il-Gżira?

PC533: Iva ehe.

COP: Kont ipparkjejt fejn il-Gżira? Fejn id-dar?

PC533: ehe fejn il-golden harvest.

COP: Mela dan kien ipparkjat, għax għandi lil Kurt bejnietna Farrugia. Mela dan kien ipparkjat il-Gżira sewwa inti kont fil-karozza?

PC533: le kont id-dar għand ommi bit-tifla.

COP: kont id-dar u kif indunajt, ħriġt?

PC533: Nisma’ ħoss kbir.

COP: Issa dan Kurt dan kellu l-karozza pparkjata għand ommu ……..  x-xufier tal-ministru sema’ ħoss kbir ħareġ barra u sab li l-karozza ovvjament li faqgħatlu l-karozza tal-ministru. Issa dan telaq jiġri Sheehan?

PC533: Mela.

COP: bil-karozza?

PC533: ehe.

COP: telaq bil-karozza jiġri issa x’ġara għax għadni qed nippassja.

PC533: Tlaqt niġri warajh

COP: Tlaqt tiġri warajh bil-karozza tal-Ministru?

PC533: ijwa mela.

COP: telaq jiġri warajh bl-istess karozza tal-Ministru, sewwa x’iżjed?

PC533: Wasalna fejn il-pixxina biex niftiehmu

COP: Waslu ħdejn il-pixxina. X’iżjed?

PC533: Kif rani warajh għafasni mal-ħajt.

COP: kif x’għamel?

PC533: kif rani ma wa

COP: eh ijja għidli Sheehan.

COP: Hello

COP: Sheehan

PC533: Aw Sir

COP: Sheehan għidli kif wasaltu l-pixxina x’ġara?

PC533: Għafasni mal-ħajt.

COP: kif waslu ħdejn il-pixxina għafsu mal-ħajt, ijwa.

PC533: U nżil għalih jien xejn aktar.

COP: l-individwu għafas lil Sheehan ix-xufier tal-Ministru mal-ħajt biex niftiehmu bil-karozza biex niftiehmu.

PC533: ehe eżatt

COP: issa hawnhekk ix-xufier tal-ministru, intkom waqaftu hawnhekk?

PC533: Ehe nżilt għalih.

COP: Issa hawnhekk waqfu ok Kurt, waqfu hemm ix-xufier tal-Ministru niżel ovvjament biex jara x’inhu jiġir, x’ġara aktar?

PC533: niżel warajja bil-flixkun jiġri għal fuqi.

COP: Niżel għalih bil-flixkun. Xi flixkun hu tax ?

PC533: Tal-Heineken, tal-Heineken.

COP: Flixkun tal-heineken għalih, x’iżjed?

PC533: Daħal jiġri ġol-Karozza.

COP: Daħal jiġri ġol-karozza u telaq.

PC533: Le ehe eżatt.

COP: Issa ġejin għalihom minuta, issa wara li telaq inti x’għamilt mort tiġri warajh?

PC533: le le wara hemmhekk tajtu ġiex tiri jien.

COP: Kif rikeb ġol-karozza?

PC533: mela.

COP: Kif rikeb ġol-karozza dan tah kemm il-tir tajtu?

PC533: tnejn

COP: tnejn jew tlieta

PC533: tnejn għandi jkun.

COP: għandu jkun żewġ tiri li jiftakar tah, żewġ warning shots. Imbagħad x’ġara?

PC533: xejn u u a u baqa’ isuq u waqqaftu taħt il-mina ta’ Santa Venera.

COP: Imbagħad reġgħu telqu jiġru wara xulxin u waqfu taħt il-mina fejn ir-roundabout tal-iskateboard ngħidilha jiena, le fejn ta’ l-Universita’ ir-roundabout tal-Universita’.
 

 


 

Video is unavailable at this time.

More in Politika