L-andament tat-turiżmu f’Reporter

Reporter, għada fid-8.45pm

Reporter jixxandar għada fid-8.45pm
Reporter jixxandar għada fid-8.45pm

L-andament tas-settur turistiku f’pajjiżna se tkun it-tema tad-diskussjoni waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fid-8.45pm fuq TVM. 
Il-mistiedna ta’ Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo u George Micallef, konsulent fis-settur.
Is-settur turistiku hu wieħed mill-aktar setturi li jrendi flus fl-ekonomija ta’ pajjiżna fejn hu stmat li jikkontribwixxi 29% tal-GDP u għalhekk irridu nieħdu ħsiebu. Matul l-aħħar xhur, xahar wara xahar, ġew irreġistrati żidiet sostanzjali fin-numru ta’ turisti li waslu Malta u matul Awwissu hu mistenni li jaslu f’pajjiżna mal-220 elf turist.
Balzan jistaqsi, pajjiżna jiflaħ aktar turisti? X’inhu jsir biex nattiraw aktar turisti ta’ kwalità? X’inhuma n-niċeċ li se nkunu qed ngħafsu fuqhom speċifikament? Hemm xi ħaġa konkreta fix-xnigħat li l-linja nazzjonali tal-ajru AirMalta tista’ tkun privatizzata? X’inhu jwassal għall-ħafna riżenji fl-AirMalta? Jistaqsi wkoll x’inhuma l-prospetti tat-turiżmu fil-gżira Għawdxija.
Il-programm se jitratta wkoll is-settur marittimu tal-cruise liners fejn matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena rajna żieda ta’ ’l fuq minn 70%.
Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. 

 

More in Politika