Melita Business u Pitre Bathrooms ġeddew il-ftehim kummerċjali tagħhom, u b’hekk estendew relazzjoni li issa ilha għaddejja għal aktar minn 19-il sena u li dalwaqt se tidħol fit-tielet deċennju ta’ kollaborazzjoni.
Permezz tal-ftehim imġedded, Pitre Bathrooms se jkompli juża l-firxa sħiħa tas-servizzi ta’ Melita Business fl-operat tiegħu. Dawn jinkludu servizzi tal-mobile, internet b’veloċità għolja, televiżjoni, telefonija u soluzzjonijiet cloud-based PABX, li jappoġġjaw konnettività bla xkiel madwar l-organizzazzjoni kollha.
Imwaqqaf aktar minn 50 sena ilu, Pitre Bathrooms huwa negozju Malti mmexxi mill-familja u bbażat Ħal Qormi, magħruf għall-firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet għall-kmamar tal-banju, madum u finishes għad-djar. Il-kumpanija bniet reputazzjoni b’saħħitha billi tgħaqqad id-disinn, il-funzjonalità u l-affordabbiltà, filwaqt li sservi kemm klijenti residenzjali kif ukoll kummerċjali.
Is-sħubija fit-tul tirrifletti impenn komuni lejn l-affidabbiltà, il-kwalità tas-servizz u l-innovazzjoni kontinwa, b’Melita Business tipprovdi l-infrastruttura diġitali meħtieġa biex tappoġġja l-operat ta’ kuljum ta’ Pitre Bathrooms u l-impenn mal-klijenti.
“Relazzjonijiet fit-tul bħal dik li għandna ma’ Pitre Bathrooms huma xhieda qawwija tal-fiduċja li l-klijenti tagħna jqiegħdu fina,” qal Robert Runza, Director of Business Development ta’ Melita Business. “Tul kważi żewġ deċennji, appoġġjajna t-tkabbir tagħhom billi pprovdejna konnettività affidabbli u soluzzjonijiet imfassla għall-bżonnijiet tagħhom, u kburin li qed inkomplu din il-mixja flimkien hekk kif il-ħtiġijiet tagħhom ikomplu jevolvu.”
Mireille Muscat Pitre, Direttur ta’ Pitre Bathrooms, ikkummentat: “Is-sħubija tagħna ma’ Melita Business kienet parti importanti mill-operat tan-negozju tagħna għal ħafna snin. Li jkollna fornitur wieħed għall-bżonnijiet kollha tagħna ta’ konnettività jagħtina konsistenza, affidabbiltà u serħan il-moħħ. Bħala negozju tal-familja, napprezzaw relazzjonijiet fit-tul, u Melita Business dejjem ipprovdiet il-livell ta’ servizz li neħtieġu.” Għal aktar informazzjoni dwar Melita Business żur https://www.melitabusiness.com/