TradeMalta tmexxi delegazzjoni ta’ livell għoli lejn ir-Renju Unit

Tlett ijiem. Tliet bliet. Ambizzjoni waħda komuni: it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit

Ritratt: Fir-ritratt (ringiela ta’ quddiem, mix-xellug): is-Sur Nigel Payne, President tal-Assoċjazzjoni Konsulari f’Wales, u s-Sur Stephen Montefort, Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit; u (it-tieni ringiela, mix-xellug): is-Sinjura Tania Brown, CEO ta’ TradeMalta, u s-Sur Reuben Mifsud, Konslu Onorarju ta’ Malta f’Wales; u (it-tielet ringiela, mix-xellug): is-Sur Richard Harris, Kap tal-Kummerċ fil-Gvern ta’ Wales, is-Sinjura Carmen Walls, Maniġer Anzjan ta’ TradeMalta, flimkien ma’ membri tad-delegazzjoni kummerċjali Malta–Renju Unit.
Ritratt: Fir-ritratt (ringiela ta’ quddiem, mix-xellug): is-Sur Nigel Payne, President tal-Assoċjazzjoni Konsulari f’Wales, u s-Sur Stephen Montefort, Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit; u (it-tieni ringiela, mix-xellug): is-Sinjura Tania Brown, CEO ta’ TradeMalta, u s-Sur Reuben Mifsud, Konslu Onorarju ta’ Malta f’Wales; u (it-tielet ringiela, mix-xellug): is-Sur Richard Harris, Kap tal-Kummerċ fil-Gvern ta’ Wales, is-Sinjura Carmen Walls, Maniġer Anzjan ta’ TradeMalta, flimkien ma’ membri tad-delegazzjoni kummerċjali Malta–Renju Unit.

TradeMalta kkonkludiet b’suċċess l-ewwel delegazzjoni kummerċjali tagħha lejn ir-Renju Unit, li laqqgħet flimkien delegazzjoni ta’ livell għoli magħmula minn negozji Maltin u partijiet interessati istituzzjonali għal programm strateġiku mifrux fl- Liverpool, Wrexham u Cardiff.

Din il-missjoni li kienet imfassla biex issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit billi tiffaċilita sħubijiet strateġiċi li jmorru lil hinn minn opportunitajiet individwali ta’ negozju u joħolqu pedamenti aktar sodi għal kooperazzjoni sostenibbli fl-innovazzjoni, il-kummerċ, l-investiment u l-iżvilupp tas-setturi ekonomiċi.

Id-delegazzjoni, kienet magħmula minn firxa wiesgħa ta’ setturi tal-ekonomija Maltija, li iltaqgħu ma’ negozji, rappreżentanti tal-gvern, kmamar tal-kummerċ, ċentri ta’ innovazzjoni u industriji f’diversi oqsma, fosthom it-teknoloġija u-innovazzjoni diġitali, il-manifattura avvanzata u l-inġinerija, ix-xjenzi tal-ħajja, is-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-ospitalità u t-turiżmu.

Tul il-programm kollu, il-parteċipanti esploraw oqsma ta’ interess komuni u identifikaw opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet Maltin u Brittaniċi. Kull belt offriet perspettiva distinta: Liverpool bl-ekosistema stabbilita tagħha tal-innovazzjoni u l-

pożizzjoni b’saħħitha tagħha fl-industriji marittimi, il-manifattura avvanzata, ix-xjenzi tal-ħajja, it-teknoloġija diġitali u l-enerġija rinnovabbli; Wrexham bir-rwol dejjem jikber tagħha bħala ċentru ewlieni tal-manifattura u l-industrija fit-Tramuntana ta’ Wales, li qed tikkapitalizza fuq il-pożizzjoni strateġika tagħha, li taghmilha żona ta’ Investiment appoġġjata mill-gvern biex tattira kummerċ, esportazzjoni u investiment privat; u Cardiff bis-saħħiet tagħha fix-xjenzi tal-ħajja, il-fintech, is-servizzi finanzjarji u professjonali, l-industriji kreattivi u t-teknoloġiji emerġenti.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ TradeMalta, Tania Brown, kkummentat: “L-għan ta’ din id-delegazzjoni kummerċjali kien li ninvestu b’mod strateġiku fil-bini ta’ relazzjonijiet kummerċjali li jsaħħu il-kummerċ, l-investiment u t-tkabbir ekonomiku. B’rizultat ta’ din il-missjoni ghandna idea aktar ċara tal-opportunitajiet reċiproċi, u li b’impenn komuni nibdlu d-djalogu f’riżultati konkreti għan-negozju. Il-livell ta’ impenn u ambizzjoni mill-imsieħba tagħna fir-Renju Unit kien eċċezzjonali, u dan isaħħaħ il-potenzjal sinifikanti għal kollaborazzjoni aktar profonda bejn Malta u r-Renju Unit fis-snin li ġejjin.”

Is-suċċess ta’ din iż-żjara kien possibli permezz tal-assistenza u l-koordinazzjoni siewja li ngħatat mir-Renju Unit, b’mod partikolari mis-Sur Stephen Montefort, il-kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit, u mis-Sur Reuben Mifsud, Konslu Onorarju ta’ Malta għal Wales, fost oħrajn. L-impenn kontinwu u l-kooperazzjoni tagħhom żguraw li kull interazzjoni kienet sinifikanti, strutturata tajjeb, u allinjata mal-għanijiet usa’ tad-delegazzjoni.

TradeMalta tibqa’ impenjata li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru internazzjonali tan-negozju u sieħeb kompetittiv għall-kummerċ u l-investiment globali. Permezz ta’ inizjattivi strateġiċi bħal din il-missjoni kummerċjali, TradeMalta tkompli tiffaċilita l-aċċess għas-swieq internazzjonali, trawwem relazzjonijiet kummerċjali ta’ valur għoli u tappoġġja negozji bbażati f’Malta biex jidentifikaw u jikkapitalizzaw minn opportunitajiet ta’ tkabbir internazzjonali.

Negozji interessati li jesploraw swieq internazzjonali huma mħeġġa jikkuntattjaw lil TradeMalta biex jiddiskutu l-pjanijiet tagħhom u jibbenefikaw minn gwida u appoġġ imfassla skond il-ħtiġijiet tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi offruti minn TradeMalta żur www.trademalta.org jew ċempel fuq 22472400.

More in Kummer?jali