Il-produzzjoni industrijali żdiedet bʼ4.0 fil-mija f’Lulju 2025

FʼLulju 2025, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali żdied bʼ4.0 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tal-2024.

L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP) huwa indikatur taċ-ċiklu tan-negozju. Kull xahar, huwa jieħu qies bikri tat-tibdil fil-volum tal-produzzjoni industrijali tan-negozji domestiċi fil-manifattura, l-enerġija, u l-barrieri fʼMalta.

FʼLulju 2025, il-produzzjoni tal-manifattura żdiedet bi 3.9 fil-mija. L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-produzzjoni taʼ prodotti tal-kompjuters, tal-elettronika u tal-vista, u taʼ vetturi bil-mutur (24.8 fil-mija). 

Wara din, kien hemm żidiet fil-prodotti kimiċi u tal-farmaċewtika (12.6 fil-mija) u fʼmanifattura oħra (1.8 fil-mija). 

Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni taʼ prodotti tal-lastku, plastik u prodotti oħra minerali mhux tal-metall u l-produzzjoni tal-injam, prodotti tal-karta u l-istampar naqsu bʼ14.1 fil-mija u bʼ4.8 fil-mija, rispettivament.

 

Il-Produzzjoni Industrijali

Il-Gruppi Industrijali Ewlenin (MIGs) jagħtu analiżi alternattiva tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi kklassifikati skont kategoriji taʼ użu aħħari. Huma jgħaqqdu flimkien diversi taqsimiet, gruppi u klassijiet tan-NACE.

FʼLulju 2025, kienu rreġistrati żidiet fil-gruppi industrijali ewlenin kollha. L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-oġġetti kapitali (16.5 fil-mija). 

Wara dawn, kien hemm l-oġġetti intermedji (5.7 fil-mija), l-enerġija (5.0 fil-mija) u l-oġġetti tal-konsum (0.8 fil-mija)

 

Il-Produzzjoni Industrijali aġġustata għall-effetti tal-istaġun

Dehra aktar ċara tal-iżviluppi ekonomiċi tistaʼ tinkiseb meta l-indiċijiet ikunu aġġustati għall-effetti tal-istaġun. Dawn l-effetti, li jitfaċċaw minn żmien għal żmien, jitneħħew mis-serje tal-indiċi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-paraguni xahar maʼ xahar.

FʼLulju 2025, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun naqas bʼ4.7 fil-mija meta mqabbel maʼ Ġunju 2025 u kien taʼ 114.0-il punt (2021=100).

 

More in Kummer?jali