FʼAwwissu 2025, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 1,020, li juri żieda taʼ 6.5 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼAwwissu 2024.
Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħaq il-299.9 miljun, żieda taʼ 11.6 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat fʼAwwissu 2024.
Fix-xahar taʼ riferenza, 944 (jew 92.5 fil-mija) tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn individwi, filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra kienu magħmulin minn kumpaniji.
Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu individwi kien jammonta għal €245.2 miljun, li huwa ekwivalenti għal 81.8 fil-mija tal-valur kollu.
Kuntratti taʼ bejgħ bid-distrett u l-lokalità
FʼAwwissu 2025, l-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotali taʼ 271 u 174 kuntratt, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett tal-Punent, u fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, bʼ108 u bʼ150 kuntratt, rispettivament.
L-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (75), Birkirkara (52) u Marsaskala (51). Dawn il-kuntratti kienu jgħoddu 17.5 fil-mija tal-kuntratti kollha rreġistrati fʼAwwissu 2025.
Fix-xahar taʼ riferenza, l-għadd taʼ proprjetajiet irreġistrati fil-kuntratti taʼ bejgħ laħaq l-1,084. L-Appartamenti (402) u l-Garaxxijiet (261) irreġistraw l-akbar sehem mit-total, bʼ37.1 fil-mija u bʼ24.1 fil-mija, rispettivament.
Konvenji
FʼAwwissu 2025, kienu rreġistrati 1,052 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fʼżieda taʼ 5.3 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. L-individwi li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu 955 (jew 90.8 fil-mija), filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu kumpaniji.
L-akbar għadd taʼ konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port bi 313-il konvenju; segwit mid-Distrett tat-Tramuntana bʼ218-il konvenju. Min-naħa l-oħra, l-inqas ammonti taʼ konvenji dehru fid-Distrett tal-Punent, u fid-Distrett tax-Xlokk, bʼ100 u bʼ138 konvenju, rispettivament.
L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (84), Marsaskala (60) u Birkirkara (56).
Dawn il-konvenji kienu jgħoddu 19.0 fil-mija tal-konvenji kollha rreġistrati fʼAwwissu 2025.