OceanLine ilha għal dawn l-aħħar għaxar snin tbiddel dan il-ħolm f’realtà bis-saħħa tas-servizzi tagħha ta’ kiri ta’ jottijiet. Aħna nassiguraw li l-esperjenza tiegħek tkun waħda mill-aqwa u bl-inqas kumplikazzjoniiet possibbli.
Il-kiri ta’ jottijiet qatt ma kien daqshekk faċli
OceanLine hija kommessa li tipprovdilek l-aqwa esperjenza ta’ kiri ta’ jottijiet. L-esperjenza u l-passjoni tat-tim ikkwalifikat tagħna jgħinu biex jingħata l-aqwa servizz lill-klijenti skont ix-xewqat tagħhom. L-ewwel ma trid tagħmel huwa li tfittex mill-għażla vasta ta’ jottijiet li għandna fuq is-sit tagħna. Tista’ tagħżel il-prezz, id-daqs u l-ammont ta’ persuni li se tieħu miegħek. Meta tkun iddeċidejt li se tikri magħna, kull ma trid tagħmel hu li tikkuntatjana permezz tat-telefown jew inkella billi timla l-formola li s-sib fuq is-sit. It-tim tagħna huwa disponibbli 24 siegħa kuljum biex inti tirċievi tweġiba immedjata.
Fejn tixtieq tmur?
It-tieni pass huwa li tagħżel id-destinazzjoni tiegħek. Is-sit tagħna jipprovdi għażla kbira ta’ pajjiżi eżotiċi u avventurużi li tista’ żżur. Noffru wkoll għażla vasta ta’ set menus u kull tip ta’ xarba tul il-vjaġġ kollu. Importanti li tasal il-marina, kwarta qabel it-tluq fl-10am biex tikkonferma d-dettalji tal-vjaġġ mal-kaptan u flimkien tgħaddu l-kundizzjonijiet tat-temp. Minn hemm għandek 8 sigħat ta’ divertiment garantit lejn id-destinazzjoni tiegħek.
Malta hija mżejna b’diversi għerien fil-baħar, bajjiet moħbija u rdumijiet mill-isbaħ li tista’ żżur. Is-set tal-film f’Popeye Village hija waħda mir-rotot favoriti u Għawdex ma jonqos qatt milli jipprovdi veduta spettakolari, fosthom id-Dwejra u l-famuż Mġarr ix-Xini, il-post fejn Bradd Pitt u Angelina Jolie ħadmu wieħed mill-aħħar films tagħhom.
Servizz mill-aqwa
L-ekwipaġġ ta’ esperjenza jassigura li x-xewqat tiegħek isiru realtà biex inti tkun tista’ sserraħ rasek, tirrilassa u tgawdi l-veduti mill-isbaħ. OceanLine tispeċjalizza wkoll f’dgħajjes u jottijiet għall-bejgħ u anke servizzi oħra. Nistgħu wkoll insibu jott skont dak li trid inti u bħalissa, fuq is-sit tagħna, għandna wkoll lista ġdida ta’ jottijiet u dgħajjes oħra li huma għal bejgħ.
Ċemplilna direttament jekk għandek bżonn aktar informazzjoni fuq is-servizzi tagħna jew inkella żur is-sit tagħna għad-dettalji u l-aħħar offerti.