Tkabbir ta’ dħul ta’ tmien darbiet għall-Air Malta

L-Air Malta tirreġġistra tkabbir ta’ dħul ta’ tmien darbiet bejnha u l-Alitalia f’xahar 

Wara li riċentament ġie iffirmat il-code-sharing bejn l-Air Malta u l-Alitalia, f’Diċembru li għadda il-kumpanija Maltija rat żieda ta’ tmien darbiet iktar fid-dħul bejn iż-żewġ linji tal-ajru. Żidiet oħrajn ġew irreġistrati mill-KLM, British Airways u Brussels Airlines li matul is-sena li għaddiet, bħala medja, urew tkabbir ta’ 35 %.

Matul dan ix-xahar, id-dħul ta’ bejn il-linji tal-ajru ġenerali tal-linja tal-ajru kiber bi 3% matul l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. “Riżultati bħal dawn juru l-importanza ta’ ftehimiet ta’ code-sharing speċjalment għal linji tal-ajru żgħar bħall-Air Malta.

Permezz ta’ ftehimiet bħal dawn, aħna qed inwessgħu n-netwerk tagħna u qed noħolqu flussi tad-dħul addizzjonali,” qal Paul Sies, il-Kap Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta. “Air Malta b’saħħitha hi neċessarja għall-gżejjer Maltin. Hemm bżonn li nkunu kapaċi noħolqu swieq ġodda, offerti ta’ vvjaġġar aħjar għal nies li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u minn Malta u li naħdmu flimkien mal-partijiet ikkonċernati tagħna sabiex nġibu viżitaturi ġodda lejn ilgżejjer u sabiex niżguraw li Malta tibqa’ konnessa mad-dinja b’mod effettiv.

Flimkien mal-linji tal-ajru sħab tal-code-sharing tagħha, aħna noffru netwerk ta’ ’l fuq minn 100 destinazzjoni,” żied Sies. Din ix-xitwa, l-Air Malta u l-Alitalia ffirmaw ftehim ta’ code-sharing li jippermetti liż-żewġ linji tal-ajru joffru aktar opportunitajiet ta’ vvjaġġar bejn Malta u l-Italja u destinazzjonijiet oħrajn lil hinn. Il-ftehim ippermetta lill-Alitalia biex tpoġġi l-kodiċi u n-numri tat-titjiriet tagħha fuq it-titjiriet kollha tal-Air Malta bejn Malta u l-Italja. B’mod simili, illinja tal-ajru Maltija poġġiet il-kodiċi u n-numri tat-titjiriet tagħha fuq ittitjiriet tal-Alitalia bejn Malta u Ruma u fuq għażla ta’ titjiriet lil hinn mill-Ajruport Fiumicino ta’ Ruma, l-Ajruport Linate ta’ Milan u Katanja.

Dan ifisser li l-klijenti tal-Air Malta jistgħu jixtru titjiriet mkinghand ilkumpanija li jwassluhom lejn ajruporti oħrajn Taljani sabiex jkollhom vjaġġ komdu lejn diversi ajruporti inkluż Venezja, Turin, Napli, Bolonja, Ġenova, Firenze, Nizza, Ġeneva u l-Ajruport ta’ London City, fost oħrajn.

Il-ħinijiet tal-Air Malta bejn Malta u Ruma huma konnessi wkoll mat-titjiriet tal-Alitalia lejn/minn New York u ajruporti oħrajn fl-Istati Uniti.

More in Kummer?jali