L-esperjenza tax-xiri tiegħek fil-Pama, issa iktar eċitanti

Pama jkompli jespandi bil-ftuħ taċ-ċentru kummerċjali tiegħu

L-esperjenza tax-xiri tiegħek fis-supermarket Pama, issa se titjieb u ssir iktar eċitanti, hekk kif il-kumpless espanda sabiex jinkludi fih ukoll ċentru kummerċjali b'għadd ta' ħwienet ġodda għall-konvenjenza tal-klijent.

Iċ-ċentru kummerċjali ta' Pama ġie inawgurat nhar il-Ġimgħa li għadda mill-President Marie Louise Coleiro Preca. Dan huwa proġett ieħor tal-intraprenditur Paul Gauci, li kompla jespandi fuq is-supermarket Pavi ta' Ħal Qormi. Il-mistiedna għall-inawgurazzjoni kienu milqugħha mill-Kap Eżekuttiv tal-grupp, Charles Borg.

Iċ-ċentru kummerċjali l-ġdid, li huwa l-akbar wieħed flimkien mas-supermarket, jinkludi ħwienet ta' ditti rinomati fl-oqsma tal-moda u tal-arredamenti għad-dar. Il-kumpless u supermarket għandu wkoll il-faċilità ta' għadd kbir ta' postijiet għall-parkeġġ, hekk kif minbarra li l-parkeġġ fuq barra huwa wieħed estensiv, wieħed jista' jsib ukoll parkeġġ taħt l-art.

More in Kummer?jali