L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet twissija pubblika wara li identifikat l-asbestos f’ġugarelli u prodotti simili li fihom ramel kinetiku jew dekorattiv.
L-esponiment għall-asbestos huwa assoċjat ma’ mard respiratorju fit-tul, u anke esponiment minimu jwassal għal riskji għas-saħħa.
Seba’ prodotti disponibbli fis-suq Malti nstabu li fihom dan il-minerali u għandhom jitneħħew b’effett immedjat. Il-prodotti huma elenkati hawn taħt:
- HTI Toys – Stretcherz Stretch Squad (12 astd)
- HTI Toys – Stretcherz Slammerz 4 Pack
- HTI Toys – Stretcherz Stretch Squad Toys Assorted Figures 4 Pack
- Addo Play Ltd – Out to Impress Sand Art Creations
- Addo Play Ltd – Out to Impress Creative Candles
- Addo Play Ltd – Paw Patrol Sand Art Pictures
- Orb Funkee Sand Toys
Il-konsumaturi li diġà xtraw il-prodotti msemmija hawn fuq huma mħeġġa jwaqqfu l-użu immedjatament.
Jekk ir-ramel ikun għadu fil-pakkett oriġinali tiegħu, il-konsumaturi huma mgħarrfa biex ipoġġu l-prodott f'borża tal-plastik heavy-duty, jissiġillawha sewwa, jittikkettawha b'mod ċar, u jirritornawha lill-bejjiegħ minn fejn inxtara.
Jekk ir-ramel ikun diġà ntuża jew tneħħa mill-pakkett oriġinali tiegħu, il-konsumaturi għandhom jilbsu ingwanti li jintremew u maskra qabel ma jimmaniġġjaw il-prodott. Ir-ramel, flimkien ma' kwalunkwe ingwanti, maskra, u drapp tat-tindif użati, għandhom jitpoġġew f'borża tal-plastik doppja, issiġillata sewwa, u ttikkettjata.
L-uċuħ użati għandhom jitnaddfu b'ċarruta mxarrba, biex jiġi evitat li jiġu ġġenerati trabijiet fl-ajru, u l-idejn għandhom jinħaslu sewwa wara l-qbid bl-idejn
Investigazzjonijiet preliminari indikaw li l-prodotti li ġejjin mhumiex disponibbli fis-swieq Maltin, iżda l-MCCAA tirrikonoxxi li jistgħu jkunu għadhom aċċessibbli għall-konsumaturi f'Malta permezz ta' pjattaformi online u tħeġġeġ sabiex wieħed jeżerċita kawtela.
- HTI Toys – Stretcherz Stretch Squad Dinosaur Figures
- Kadink Decorative Sand 10g – 6 Pack
- Sax International Pty Ltd – MIKI Sand Art Set
- CleverPatch – Various Coloured Sand / Glitter Sand / Sand Art Kits
- Sand Art Activity Kit – sold on crazysales.com.au
- Montessori Sand Tray Writing Activity Set
- Gem’s Wedding Supplies – Coloured Decorative Sand Products
- Shein Distribution Australia Pty Ltd – Multi-Colour / Multi-Size Ultra-Fine Quartz Sand 80–120 Mesh for play and various art/decor applications
- Toymate – Scoop and Play Ice Cream Sensory Bin and Scoop and Play Dino Discovery Sensory Bin
- Kmart Australia Ltd – Make Your Own Unicorn Sand Ornament
- HL Toys International – Sensory Activity Sets – PAW Patrol, Bluey and Frozen 2
- Kidsplay Crafts – Coloured Sand and Sand Art Party Packs
- Modern Brands Pty Ltd – Melissa and Doug – Sand Art Bottle
- Modern Brands – Galt – Mini Makes – Sand Stickers
- Educational Colours – Rainbow Sand (1.3 kg), Creatistics – Coloured Sand (1 kg), Kadink – Coloured Decorative Sand (1.3 kg) and Kadink – Cotton Sensory Sand (700 g)
- AliExpress – Wooden Qiyi – Work Pad
- HTI – STRETCHERZ
L-MCCAA se tkompli twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq biex tissorvelja s-sikurezza tal-prodotti disponibbli fis-suq Malti u tieħu l-miżuri meħtieġa.