L-eks Prinċep Andrew arrestat fuq abbuż relatat ma' rwol f’kariga pubblika

Andrew Mountbatten-Windsor arrestat fl-Ingilterra fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż ta’ uffiċċju pubbliku li ħarġu mill-fajls ta’ Jeffrey Epstein

Il-pulizija fl-Ingilterra il-Ħamis filgħodu arrestaw lill-eks Prinċep Andrew fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż ta’ uffiċċju pubbliku li ħarġu mill-fajls ta’ Jeffrey Epstein.

L-eks Duka ta’ York, issa magħruf biss bħala Andrew Mountbatten-Windsor u li llum jagħlaq 66 sena – dejjem ċaħad b’mod qawwi l-allegazzjonijiet kollha kontrih u kull akkuża ta’ aġir ħażin marbuta ma’ Epstein.

L-akkużi ta’ ‘Misconduct in a public office’ tirreferi għal “abbuż jew negliġenza serja u intenzjonali” tas-setgħat relatati mar-rwol f’kariga pubblika, skont il-Crown Prosecution Service.

Għal dan ir-reat, m’hemmx piena massima: hija priġunerija għal għomor, għax il-parlament Ingliż qatt ma stabbilixxa piena massima.

Din hija l-ewwel darba li l-eks prinċep, li ffaċċja bosta allegazzjonijiet dwar ir-rabtiet tiegħu mal-ħati ta’ reati sesswali Jeffrey Epstein, ġie arrestat.

Fi stqarrija, it-Thames Valley Police qalu li arrestaw raġel ta’ 60 sena minn Norfolk fuq suspett ta’ aġir ħażin f’kariga pubblika u li kienu qed iwettqu tfittxijiet f’indirizzi f’Berkshire u Norfolk.

“Ir-raġel għadu taħt arrest tal-pulizija f’dan il-mument,” qalu. “Mhux se nsemmu l-isem tar-raġel arrestat, skont il-linji gwida nazzjonali.”

More in Kronaka