MCA: Epic l-iktar li twieġeb fil-pront, il-GO u l-Melita jsegwu

 l-MCA għamlet numru ta’ telefonati lil diversi operaturi biex tiġbor indikazzjoni ta’ ħin ta’ stennija sabiex klijent jinqeda, total ta' 911 telefonata lil customer care u operaturi li joffru servizzi tat-telekummunikazzjoni

L-awtorità irċiviet 60 ilment matul l-aħħar sitt xhur tal-2023
L-awtorità irċiviet 60 ilment matul l-aħħar sitt xhur tal-2023

Skont rapport tal-MCA l-kumpanija Epic kienet l-iktar kumpanija li wieġbet telefonati fil-pront, 98% f’temp ta’ 5 minuti, bil-Go isegwi b’83% u l-Melita b’79%.

Minn rapport ippubblikat mill-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni (MCA), l-awtorità rċeviet total ta’ 60 ilment matul l-aħħar sitt xhur tal-2023.

92% tal-ilmenti li rċeviet kienu dwar servizzi tal-komunikazzjoni elettroniċi bħal mowbajl, linja fissa, internet u televiżjoni. Mill-banda l-oħra l-MCA nnutat li kien hemm nuqqas ta’ 8% f’ilmenti meta mqabbel mal-ewwel nofs tas-sena 2023.

B’kollox, l-MCA rċeviet total ta’ 291 talba għal informazzjoni dwar diversi kwistjonijiet relatati ma’ servizzi rregolati mill-awtorità.

Ilmenti dwar is-servizz tat-telekomunikazzjoni

l-istastika maħruġa mil-MCA turi li lmenti dwar is-servizzi jibqa’ wieħed komuni hekk kif total ta’ 40 ilment sar mal-awtorità. L-iktar kwistjonijiet komuni kienu ta’ ħsarat fis-servizz (24 ilment) u customer care (10 ilmenti).

Min-naħa tagħa, l-MCA għamlet numru ta’ telefonati lil diversi operaturi biex tiġbor indikazzjoni ta’ ħin ta’ stennija sabiex klijent jinqeda. Dan l-istħarriġ sar bejn Lulju u Diċembru u l-MCA wettqet 911 telefonata lil customer care u operaturi li joffru servizzi tat-telekomunikazzjoni.

telefonati  li ġew imwieġba f'temp ta' 5 minuti

EPIC 98%
GO 83%
Melita 79%
 

Ilmenti dwar servizzi postali

L-MCA rreġistrat 5 ilmenti postali matul it-tieni nofs tal-2023. 81% tat-telefonati li saru lis-servizz tat-telefonija tal-customer care tal-MaltaPost ġew imwieġba fi żmien 5 minuti, meta mqabbla ma’ 83% minn sejħiet li saru fl-ewwel 6 xhur tal-2023 Barra minn hekk 45% tas-sejħiet li saru ġew imwieġba fi żmien 2 minuti, meta mqabbla ma’ 51% minn sejħiet li saru matul l-ewwel 6 xhur tal-2023.

B’kollox twettqu total ta’ 214 telefonata.

81% tat-telefonati ġew imwieġba fi żmien 5 minuti u 45% tat-telefonati ġew imwieġba fi żmien 2 minuti.

More in Kronaka