L-allegat b’rabta mal-omiċidju doppju se jitressaq il-Qorti t-Tnejn

Is-suspettat li allegatament qatel żewġ vittmi fil-Marsa se jitressaq il-Qorti fis-sebgħa ta' filgħaxija quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Abigail Critien

Ir-raġel ta’ 34 sena li ġie arrestat bħala l-agressur tal-omiċidju doppju li seħħ il-Ħadd fil-Marsa se jitressaq quddiem il-Qorti nhar it-Tnejn għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija. 

Brandon Pisani, l-ispokesperson tal-Pulizija qal li l-vittmi nstabu maqtula ġewwa razzett fil-Marsa. 

Il-vittmi huma mara u raġel ta' 56 u 73 sena rispettivament. Il-vittmi ġew identifikati bħala Joe Bartolo mill-Gudja magħruf bħala il-Babbakku u s-sieħba tiegħu Carmen. 

L-allegat qattiel huwa mifhmum li kien jgħix fi stalla tal-vittmi.

L-allegat se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Abigail Critien. 

More in Kronaka