Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi f'inċident f'Ħaż-Żabbar

L-inċident seħħ il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-6:30 a.m

Il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-6:30 a.m, il-Pulizija kienet infumata b’inċident fi Triq il-Mina ta’ Hompesch f’Ħaż-Żabbar.

Meta marret fuq il-post, sabet li seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Nissan Almera misjuqa minn raġel ta’ 47, u mutur tal-għamla Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 37 sena. It-tnejn huma residenti Ħaż-Żabbar stess.

Is-sewwiet tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka