Raġel ta' 77 iweġġa' gravi f'inċident tat-traffiku

Il-vittma kien qed isuq mutur Kymco seħħet ħabta bejnu u Toyota Vitz

It-Tlieta 12 ta’ Settembru għall-ħabta tad-9 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident li seħħ fi Triq il-Belt Valletta f’Ħal Qormi.

Irriżulta li kien seġġ inċident bejn Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Hal Qormi, u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 77 residenti s-Siġġiewi.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom pendenti.

More in Kronaka