Raġel arrestat wara argument b'sikkina fil-Qawra

Il-Pulizija qalet li raġel hedded lil raġel u mara b'sikkina f'residenza, fejn il-mara pruvat taħrab mir-residenza mill-gallarija u r-raġel l-ieħir ġarrab ġrieħi ħfief bis-sikkina

Raġel qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, wara li allegatament kien involut f'argument f'residenza li darab żewġ persuni fil-Qawra it-Tlieta filgħodu.

L-allegat argument seħħ għall-ħabta tas-6:30am fi Triq Andrew Cunningham.

Investigazzjoni preliminari rriżultat li seħħ argument bejn raġel mis-Serbja ta' 38, Malti ta' 31 sena, u Ingliża ta' 31 sena. Hawn, is-Serb allegatament hedded liż-żewġ persuni l-oħra b'sikkina. 

Minħabba dan, ir-raġel ta' 31 sena sofra ġrieħi ħfief permezz tas-sikkina u ħarab mir-residenza, filwaqt li l-mara pruvat taħrab minn gallarija u waqgħet għoli ta' madwar sular. Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. 

Il-Pulizija arrestat lis-Serb u qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka