Iweġġa' gravi wara li jaqa' madwar sular f'Birżebbuġa

Huwa rrappurtat li l-vittma waqa' minn fuq sellum f'residenza privata

L-Erbgħa 6 ta’ Settembru, għall-ħabta tas-1:30 p.m, l-għajnuna tal-Pulizija ġiet mitluba f’Triq San Edwardu f’Birżebbuġa.

Irriżulta li raġel ta’ 52 sena waqa’ għoli ta’ madwar sular, minn fuq sellum f’residenza privata.

Hu ingħata l-ewwel għajnuna minn tim-mediku, u ttieħed l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka