F'kundizzjoni serja wara li sabet ruħha f'diffikulta waqt li qed tgħum

L-inċident seħħ fil-Bajja ta' Blue Lagoon f'Kemmuna

Il-Ħadd 3 ta' Settembru, għall-ħabta ta’ nofsinhar, intalbet l-assistenza tal-Pulizija fil-Bajja ta’ Blue Lagoon f’Kemmuna.

Meta dawn marru fuq il-post, instab li mara Amerikana ta’ 50 sena sabgħet ruħha f’diffikulta waqt li kienet qed tgħum.

Din ittellgħet mill-ilma minn membri tal-Korp tas-Salvataġġ kif ukoll mill-Emergency Response. Hi ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda f’kundizzjoni serja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D ħatret inkjesta b’rabta mal-każ, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

More in Kronaka