Inċident bejn mutur u żewġ anzjani fin-Naxxar

It-tlieta involuti ittieħdu l-isptar

Il-Ħadd 27 t’Awwissu, għall-ħabbta tas-7 p.m, il-Pulizija kienet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Balal, in-Naxxar.

Dan kien jinvolvi żewġ anzjani, mara u raġel ta’ 68 u 70 sena residenti n-Naxxar, li ntlaqtu minn mutur Over Brera125 li kien misjuq minn raġel ta’ 20 sena  residenti n-Naxxar ukoll.

Huma kollha ingħataw l-ewwel għajnuna u ttieħdu l-isptar Mater Dei. Ix-xufier u l-mara ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħu ħfief, filwaqt li r-raġel ta’ 70 sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka