Vann f'ħuġġieġa nar fil-bypass tal-Mellieħa

Fortunatament, ħadd ma jweġġa' fl-inċident

(ritratt: Paul Attard/Facebook)
(ritratt: Paul Attard/Facebook)

Nhar it-Tlieta 15 t'Awwissu, f'Triq Louis Wettinger, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejjaħ fuq il-post wara li van tal-passiġġieri ħa n-nar.

L-inċident seħħ fil-karreġġjata li tagħti għat-Tramuntana. In-nirien ġew ikkontrollati, iżda t-triq għadha parzjalment magħluqa.

Ħadd ma ġie rrappurtat li weġġa' f'dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka