Mara titlef ħajjitha wara li ssib ruħha f’diffikultà fil-baħar

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna mill-ħaddiema tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, iżda ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post

Nhar it-Tnejn 14 t’Awwissu, għall-ħabta tal-10 a.m, il-Pulizija kienet informata li hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa bajja viċin it-Torri ta’ Wignacourt f’San Pawl il-Baħar.

Meta marret fuq il-post, irriżulta li mara, ta' 70 sena minn Birkirkara, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fiż-żona. Hija ngħatat l-ewwel għajnuna mill-ħaddiema tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, però ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. 

Inkjesta nħatret mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Rachel Montebello, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka