L-ajruport ta’ Katanja jieqaf jopera temporanjament

Dan wara li sħaba ta’ rmied vulkaniku ksiet iż-żona

L-ajruport ta’ Katanja kellu jieqaf jopera għal perjodu ta’ ħin hekk kif massa ta’ rmied vulkaniku mill-vulkan Etna ksiet iż-żona nhar it-Tnejn 14 t’Awwissu.

Huwa rrappurtat li l-irmied niżel fuq Rifugio Sapienza, waqfa popolari ħafna mat-turisti li jżuru l-akbar vulkan attiv fl-Ewropa.

Kaġun ta’ dan, l-ajruport ta’ Katanja waqaf jopera sa mill-anqas 1:00 p.m. tat-Tnejn 14 t’Awwissu. Dan għalhiex l-irmied volkaniku huwa fin immens, u jista’ jkun ta’ periklu għall-ajruplani jekk dan jinġibed għal ġol-magni.

More in Kronaka