Tifel ta' sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa' erba' sulari

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00pm, hekk kif il-Pulizija marret fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li t-tifel waqa' minn tieqa li tagħti għall-komun tal-blokka

Tifel ta' sentejn weġġa' serjament wara li waqa' erba' sulari fi blokka ta' appartamenti fil-Ponta ta' Tigne f'Tas-Sliema. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00pm, hekk kif il-Pulizija marret fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li t-tifel waqa' minn tieqa li tagħti għall-komun tal-blokka.

Tim mediku ta l-assistenza lit-tifel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka