Inċident fil-Marsa jħalli passiġġier bi ġrieħi gravi

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq it-Tromba, il-Marsa 

Raġel ta' 54 sena minn Ħal Tarxien, għall-ħabta tal-10:15 a.m. ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq it-Tromba, il-Marsa. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Skoda Fabia misjuqa minn raġel ta' 56 sena minn Birkirkara u Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta' 43 sena minn Ħal Qormi. Jidher li fil-ħin tal-inċident, il-vittma, li kien passiġġier fl-iSkoda, weġġa' hekk kif kien ħiereġ mill-karozza. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b'ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka