Raġel ta' 47 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei hekk kif sofra ġrieħi gravi wara inċident f'sit ta' kostruzzjoni fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00am il-Ġimgħa fi Triq Inguanez, ir-Rabat. Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li Marokkin ta’ 47 sena residenti San Ġwann, sofra xi ġrieħi wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.