Tlieta jittieħdu l-Isptar Mater Dei f'żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u t-tliet vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard, tnejn minngom ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi filwaqt li l-persuna l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif

Żewġt irġiel weġġgħu gravi u mara oħra sofriet ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f'żewġ inċidenti tat-traffiku separati il-Ħamis filgħaxija. 

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30pm fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ingliż ta' 63 sena tilef il-kontroll ta' mutur li kien qed isuq u waqa'. Miegħu kien hemm ukoll Ingliża ta' 61 sena. 

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti Tas-Sliema ntlaqat minn vettura, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 72 sena residenti l-Belt Valletta.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ Ingliżi kif ukoll ir-raġel ta’ 55 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika. Aktar tard, iż-żewġt irġiel ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka