Aġġornat: Raġel iweġġa' gravi wara li karozza tilfet il-kontroll u ħabtet fih waqt li kien qed isuq mutur

Kelliem mill-Pulizija stqarr mal-ILLUM li l-inċident seħħ meta xufier ta' 23 li kien qed isuq Toyota Yaris, tilef il-kontroll, ħabat f'arblu u spiċċa fuq il-karreġġjata opposta, u b'hekk ħabat fil-mutur

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tas-7:00am.

Kelliem mill-Pulizija stqarr mal-ILLUM li l-inċident seħħ meta xufier Indjan ta' 23 li kien qed isuq Toyota Yaris, tilef il-kontroll, ħabat f'arblu u spiċċa fuq il-karreġġjata opposta, u b'hekk ħabat fil-mutur.

Is-sewwieq tal-mutur, li huwa Indjan ta' 25 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

More in Kronaka