Raġel iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn karozza fis-Swieqi

Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li huwa ntlaqat minn vettura tal-għamla Hyndai Matrix  li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann

Raġel ta' 35 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fi Triq is-Sidra, is-Swieqi. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00pm il-Ġimgħa filgħaxija. Minn stħarriġ preliminari, irriżulta li huwa ntlaqat minn vettura tal-għamla Hyndai Matrix  li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti San Ġwann. 

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka