Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident b'mutur fil-Marsa

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq il-Marsa. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta' 23 sena, u mutur Yamaha li kien misjuq mill-vittma

Raġel ta' 53 sena qiegħed fil-periklu tal-mewt, wara li kien involut f'inċident tat-traffiku fil-Marsa.

L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-5:30pm fi Triq il-Marsa. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta' 23 sena, u mutur Yamaha li kien misjuq mill-vittma.

Fuq il-post, ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-isptar b'ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka