Xufier tal-mutur weġġa' gravi f'ħabta ma' vettura oħra

L-inċident seħħ ilbieraħ tard filgħaxija fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard

Ilbieraħ għall-ħabta tal-11 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ'Attard. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ prelimiari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn BMW 318 misjuqa minn raġel ta' 26 sena residenti Ħad-Dingli u mutur Honda CBF125 misjuq minn raġel ta' 33 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka