Tweġġa' gravi wara li tilfet il-kontroll tal-vettura u nqalbet

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija f'San Pawl il-Baħar

Ilbieraħ għal ħabta tas-6:30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta' 49 sena residenti San Pawl il-Baħar tilfet il-kontroll tal-Land Rover Defender li kienet qed issuq u nqalbet. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka