Jitressaq is-suspettat li allegatament seta' ikkaġuna l-mewt ta' Marie Claire Lombardi

Lombardi mietet fit-22 ta' Ottubru 2022 minħabba inċident bil-mutur, ikkawżat minn materjal jiżloq fit-triq

Dalgħodu l-Pulizija se tressaq lil persuna suspettata li, allegatament, seta' ikkaġuna l-mewt ta' Marie Claire Lombardi. Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija wasslu biex fl-aħħar sigħat tiġi identifikata din il-persuna, li ħalliet materjal jiżloq fit-triq li kawża tiegħu Lombardi tilfet ħajjitha wara li waqgħet bil-mutur.

Marie Claire, li kellha biss 45 sena tilfet ħajjitha traġikament fit-23 ta' Ottubru li għadda. Hija kienet qed issuq mutur fi Triq l-Imdina, ir-Rabat meta żelqet u mietet kawża tal-ġrieħi li sofriet. Infakkru li l-Pulizija appellat għall-għajnuna tal-pubbliku f'Novembru li għadda u kelliem tal-Pulizija kien ikkonferma illi xi ħadd waqgħalu ammont ta' żebbuġ fit-triq, liema żebbuġ ma nġabarx bir-riżultat li tgħaffeġ u l-art kienet tiżloq. 

Intant il-Pulizija qalet li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-10.45 a.m. quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo u takkużah b’omiċidju involontarju fost akkużi oħra. 

More in Kronaka