Ġlieda bejn tliet persuni tħalli wieħed mill-irġiel bi ġrieħi gravi

L-argument inqala fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla

Ilbieraħ għall-ħabta tat-3:15 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla. 

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kien qam argument bejn raġel ta' 41 sena residenti Bormla, raġel ta' 43 sena residenti l-Isla u mara ta' 41 sena mill-Isla wkoll. 

Waqt l-argument, ir-raġel ta' 41 sena ġarrab xi ġrieħi, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka