Arrestat b'allegat traffikar ta' droga sintetika u kannabis

Il-Pulizija innotat movimenti suspettużi ta' xi rġiel u meta induna bihom ħarab jiġri minn fuq il-post

Raġel ta' 33 sena mill-Ghana kien arrestat b'rabta ma' allegat traffikar ta' droga sintetika u kannabis. 

Ilbieraħ għall-ħabta tal-4:45p.m. waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Ġnien Patri Feliċjan Bilocca, innotaw movimenti suspettużi ta' rġiel. X'ħin induna bil-preżenza tal-Pulizija huwa ħarab jiġri minn fuq il-post, il-Pulizija ġrew warajh u ordnawlu biex jieqaf. 

Madankollu, hu baqa' jiġri sakemm inqabad u ġie arrestat ftit tal-mumenti wara. Minn tfittxija li saret, irriżulta li r-raġel kien fil-pussess ta' diversi qratas b'sustanzi suspettati droga sintetika u kannabis kif ukoll ammont ta' flus kontanti. 

Huwa qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana biex jassisti fl-investigazzjonijiet u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.  

More in Kronaka