Kommossjoni fi Triq Diċembru 13 minħabba ħabta... Involuta karozza tal-linja

Mhux magħruf jekk weġġgħux persuni 

Dan is-sit huwa informat li għall-ħabta tas-2:15 p.m. inħolqot kommossjoni fi Triq Diċembru 13, il-Marsa minħabba ħabta. Jidher li fil-ħabta kien hemm involuti trailer, karozza u karozza tal-linja iżda mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu. 

It-triq, direzzjoni lejn il-Belt Valletta, kellha tingħalaq minħabba xi żejt li ħareġ mill-vetturi kawża tal-inċident. 

Minkejja dan, fuq il-post issejħet ambulanza u preżenti hemm il-pulizija tad-distrett biex jassistu dawk fil-bżonn. Qiegħed jiġi irraportat ukoll li xi persuni ittieħdu għall-kura. 

Aktar informazzjoni mistennija fil-ħin li ġej. 

More in Kronaka